Submissions by Qala Local Council
Note: The following submission made by the Qala Local Council does not reflect the opinion of Moviment Harsien Hondoq.
Ref No.: QLC/MEPA/5/2006
18 t’Awwissu 2006
Josianne Vassallo
Malta Environment & Planning Authority
Floriana
Qala Creek PA 03798/02
GF 00034/06
Sinjura,
B’referenza ghal Project Development Statement li l-Kunsill Lokali Qala rcieva dwar il-propost Progett Qala Creek fil-barriera vicin il-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien, qed inressqu dawn il-proposti, suggerimenti u kummenti. Ta’ min wiehed jirrimarka dwar l-impatt li halla l-ewwel Project Description Project meta kien prezentat lir-residenti Qalin madwar erba’ snin ilu. Dan kien wassal sabiex waqt il-Public Hearing kien inqala hafna ghajjat, storbju u kien wassal ghal protesti shan. Barra minn hekk il-Kunsill Lokali Qala ghamel referendum kif kellu l-jedd u s-sahha tal-ligi warajh li jaghmel u jara kif jahsbuha l-Qalin dwar il-propost progett. Referendum li sar bil-barka tal-Ministru l-Onor. Dr. Austin Gatt, sar bi trasparenza kbira, u kull min ried seta jara l-process kollu li sar. Referendum li ghalih ivvutaw 75% tar-residenti Qalin elegibli ghall-vot b’rizultat ta’ 85% li kienu kontra l-progett kif propost fl-ewwel PDS u 15% favur. Ghal dan il-ghan il-Kunsill Lokali jhossu fid-dmir u f’obbligu lejn ir-residenti Qalin li jressaq is-sottomissjonijiet tieghu fuq it-tieni PDS li gie moghti lill-Kunsill Lokali propju ftit tal-gimghat ilu.
Il-kummenti, suggerimenti u proposti li ser inressqu, saru wara li l-Kunsill Lokali Qala fela bir-reqqa t-tieni PDS u wara laqgha li l-Kunsill Lokali ghamel mal-Case Officer tal-MEPA. Suggerimenti, kummenti u proposti li qed nitolbu li jigu nseriti fit-terms of reference li ser isiru sabiex jitfassal l-Environmental Impact Assessment fil-futur qarib.
1. Bhala Kunsill Lokali nhossu li ghalkemm kien hemm tnaqqis fl-ammont u n-numru ta’ vilel u self catering units xorta nhossu li baqa lok fejn jista jitnaqqas l-ammont indikat fil-PDS. Tajjeb ta’ min jinnota li l-area fejn ser isir il-progett hi kollha kemm hi outside development zone mdawra bil-bahar u r-raba u ghalhekk hemm bzonn li l-ammont ta’ bini jonqos aktar filwaqt li l-landscaping jizdied. Dan sabiex ikun konformi mal-pjan lokali ghal Ghawdex fejn jitkellem b’mod mill-aktar car dwar il-barriera ta’ Hondoq ir-Rummien, il-Bajja u l-area tal-madwar.
Infatti skond il-PDS jidher li ser jinbena 26.9% mill-area nvoluta fil-progett. Ghal dan il-ghan il-Kunsill Lokali qed jipproponi li l-progett ghandu jiccekken aktar kemm fil-kobor tal-lukanda, kemm fis-self catering units, kemm fil-multi ownership residents units u anke fil-kobor tal-yacht marina. L-izvilupp hu esagerat u iva hemm lok li jiccekken aktar u aktar. B’hekk inkunu qed nissalvagwardjaw sa certu punt l-ambjent u l-area ta’ madwar il-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien.
i. Deluxe 5 Star Hotel: Il-Kunsill Lokali Qala ghalkemm jaqbel mal-bini tal-lukanda xorta nhossu li kif spjegat aktar qabel, din ghandha ticcekken u ma tkunx il-kobor kif indikat fil-PDS. Hawnhekk ta’ min jirrikmanda li peress li l-lukanda tista tohloq ix-xoghol, f’kas li jinhareg il-permess ghall-bini tal-progett, il-Qalin ghandhom jinghataw l-opportunita’, jinghataw preferenza sabiex isibu xoghol fl-imsemmi lukanda u fil-progett indikat.
ii Self-catering units u multi-ownership residents u self-catering villa.
Il-Kunsill Lokali kif spjega aktar qabel ihoss li l-ammonti ta’:
· 60 self-catering units
· 200 multi-ownership residents u
· 25 self-catering villa
hu esagerat.
Ahna nhossu li ghalkemm sar tnaqqis mill-ewwel PDS ghat-tieni PDS xorta wahda l-kobor hu sproporzjonat ma’ l-area nvoluta u ma’ l-ambjent madwar il-bajja. Fid dawl ghall-fatt li hemm 550 familji registrati l-Qala u li minnhom hemm 465 familji li jghixu b’mod reali l-Qala, in-numru ta’ 285 unit godda flimkien mal-possibilita ta’ massimu ta’ 170 residenti fil-lukanda, ifisser li ser jkun hemm 455 familja gdida l-Qala li hu kwazi daqs il-465 familja li realment joqghodu f’dan ir-rahal. B’hekk l-ammont ta’ familji qed jigi rdoppjat. Dan ser iwassal sabiex johloq impatt negattiv fuq l-ambjent, il-kultura u l-hajja socjali tar-residenti Qalin. U ghalhekk, il-Kunsill qed jitlob anzi jishaq li l-progett propost ghandu jerga jigi modifikat u mcekken.
iii Yacht Marina: Ghalkemm kien hemm tibdil drastiku dwar il-bokka tal-Yacht Marina u dwar il-kobor taghha fejn sar xi tnaqqis, xorta l-Kunsill Lokali baqalu riservi kbar dwar Yacht Marina vicin il-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien. Riservi dwar:
a) l-marine life unika li tinsab fil-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien specjalment qabel u waqt il-bini tal-breakwaters u wara li jitlesta l-progett;
b) kemm il-bahar jibqa tajjeb ghal ghawm?
c) hmieg u zjut mill-yachts (garanziji) u
d) harsien tar-regolamenti ta’ l-uzu tal-marinas. Min ser jissalvagwardja dawn ir-regolamenti?
Inutli li jsiru l-garanziji jekk issir hsara irreparabli lil qieh il-bahar. Barra minhekk xorta nhossu li hemm lok li l-yacht marina tista b’xi mod ticcekken u ma tkunx ta’ kobor kif indikat fil-PDS.
2. Toroq: Il-Kunsill jesigi li ghandu jsir studju serju dwar l-impatt li dan il-propost progett ser ikollu fuq it-toroq tal-Qala – accesibilita.
Bhala Kunsill Lokali nesigu li l-EIA ghandu jikkonsidra u jirrakkomanda li l-unika mezz ta’ trasport ta’ trakkijiet, ingenji kbar u zghar kemm qabel u waqt il-kostruzzjoni kif ukoll wara li jitlesta l-progett ghandu jkun billi tinbena triq gdida li taghti ghal Ta’ Bamberin, lejn tac-Cawl, il-Blata l-Bajda u z-Zewwieqa. B’hekk inkunu qed nevitaw li l-ingenji ma jghaddux mill-qalba tar-rahal, minn triq wiesa 18-il pied. Ta’ min wiehed josserva li skond il-PDS ser jinhargu mas-60 trakk kuljum bit-terrapien li dawn iridu jidhlu ukoll b’hekk ser ikollok 120 vjagg. Barra minnhekk mill-istess toroq iridu jghaddu mas-70 truck kuljum ghall-barrieri (tnejn) kif ukoll ghall-impjant tal-konkrit. Zgur li t-toroq ma jifilhux ghal dawn l-ammonti kbar ta’ ngenji u zgur ukoll li ser jinholoq inkonvenjent kbir ghar-residenti Qalin kollha b’mod specjali dawk li joqoghdu fi Triq l-Imgarr, Triq it-28 t’April 1688, Pjazza San Guzepp, Triq il-Kuncizzjoni, Triq is-Salib, Triq Santa Marija tal-Qala u Triq Hondoq ir-Rummien. Fl-ebda mod u hin minn dawn it-toroq ma ghandhom jghaddu l-ingenji msemmija aktar il-fuq. Barra minhekk fil-PDS issemmew li ftit aktar minn elf karozza ser izuru dan il-progett. Ammont reali x’hin tqis il-kobor tal-progett, biss nahseb li zgur li ma jistax ikun li dawn il-karozzi kollha u l-ingenji li ser iwasslu s-servizzi lil dan il-progett jistghu b’xi mod jghaddu mill-qalba u mic-centru tar-rahal, minn toroq li f’partijiet minnhom tghaddi karozza wahda BISS.
Ghal dan il-ghan il-Kunsill Lokali ser jaghmel minn kollox sa fejn taghtih il-ligi, li dan ma jsehhx. Soluzzjoni wahda BISS hemm. Issir triq gdida kif hi ndikata aktar ‘il fuq fl-istess ittra u li fil-passat diga kien hemm il-hsieb li ssir. B’hekk biss inkunu qed inharsu l-interess tar-residenti Qalin specjalment tar-residenti li joqoghdu fit-toroq imsemmija.
Mill-gdid il-Kunsill Lokali jitlob li ghandha issir triq gdida li minnha jghaddi l-materjal kollu lejn iz-Zewwieqa u jintuzaw barges li jgorru u jhottu l-materjal kollu necessarju sabiex isir il-progett u li fl-ebda hin ma jghaddu mic-centru tal-lokal u mit-toroq fil-vicinanzi.
3. Il-Bajja ta’ Hondoq ir-Rummien:
Jekk jigi approvat dan il-progett jew xi parti minnu l-Kunsill Lokali jesigi li:
a. A spejjes tal-kuntrattur isiru kull gimgha fix-xhur tax-xitwa u kuljum fix-xhur tas-sajf testijiet tal-kwalita’ ta’ l-ilma bahar sabiex jigi mistharreg ikunx jista jsir ghawm fiha u li l-kwalita’ ta’ l-ilma bahar qieghed fi stat tajjeb.
b. Isir kuntratt bejn l-izviluppatur u Kunsill Lokali li din il-Bajja QATT U QATT ma tista tigi tal-privat, liema kuntratt isir ghand nutar.
c. Il-Bajja tigi rrangata billi titkabbar sa hdejn il-latrina prezenti u jingieb ramel apposta flok dak li hemm, jithawlu palm u jsir public toilet bis-showers attraenti. Ix-xoghol isir a spejjes ta’ l-izviluppatur u l-area tigi amministrata mill-Kunsill Lokali.
d. Isir kuntratt bejn l-izviluppatur u Kunsill Lokali li l-Public Wharf Area ghandha tinghata bit-titlu lill-Kunsill Lokali Qala sabiex tibqa ghall-uzu tal-pubbliku u parti minnha tigi trasformata f’BBQ area liema area tkun amministrata mill-Kunsill Lokali.
4. Tajjeb li wiehed jaccerta ruhu dwar min hu propjetarju tal-barriera. Mill-informazzjoni li ghandu l-Kunsill jidher li ghad hemm xi bdiewa li qed isostnu u b’verifika dokumentata li partijiet fejn qed jigi propost il-bini ghadu propjeta’ ta’ terzi persuni.
5. Servizzi: Il-Kunsill jitlob li jsir studju serju dwar is-servizzi, drenagg, ilma, elettriku sabiex jissuplixxu dawn is-servizzi lill-progett indikat. Kif ser:
a) jaslu fl-area ndikata
b) jeffetwaw l-inhawi ta’ madwar,
c) jeffetwaw il-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien,
d) jeffetwaw ir-raba fil-vicinanzi, ecc.
6. Parking Area: Hemm propost il-bini ta’ parking area li jesa disghin (90) karozza. Il-Kunsill Lokali Qala jesigi li l-parking ghandu jigi estiz ghal 120 karozza fid-dawl tal-volum u l-ammont ta’ karozzi li ser jizdiedu minhabba l-progett propost mill-izviluppaturi. Il-Parking ghandu jigi amministrat mill-Kunsill Lokali u dan ghandu jsir b’kuntratt notarili bejn iz-zewg partijiet.
7. Slip way: Is-Slip way li jidher li ser tigi rrangata ghandha wkoll tkun accessibli ghal kulhadd u ghalhekk ghandu jsir ftehim bejn iz-zewg partijiet, zviluppatur u Kunsill Lokali b’kuntratt notarili.
8. Kuntratt bejn il-Kunsill Lokali u l-izviluppaturi.
Il-Kunsill Lokali qed jirrakkomanda sabiex il-MEPA timponi kundizzjoni fejn l-areas ndikati ghall-pubbliku u li huma msemmija hawn taht:
i. Public Wharf area;
ii. Il-Plajja fejn hemm ir-ramel;
iii. Il-latrina;
iv. Is-Slip Way u
v. Parking area
sabiex ma jkunx hemm biza li ghada pitghada isir zvilupp addizjonali fihom ghandu jsir kuntratt notarili bejn il-Kunsill Lokali u l-izviluppatur liema kuntratt jaghti t-titlu ta’ proprjeta` lill-Kunsill Lokali u jigi registrat u mdahhal fl-arkivji tal-qorti. B’dan il-kuntratt l-izviluppatur ikun marbut li qatt ma jista jaghmel uzu jew jiehu min jeddu, jew jitlob ghal zvilupp addizjonali f’din l-area minghajr il-kunsens taz-zewg firmatorji. B’hekk iz-zewg partijiet ikunu qed jintrabtu li f’ebda hin u fl-ebda perjodu ma jista jsir zvilupp jekk mhux bil-kunsens taz-zewg partijiet u wara li jingiebu l-permessi necessarji.
9. Garanziji: L-izviluppaturi jridu jkunu marbuta b’garanziji li jkun konformi:
i. mal-pjanti mahruga;
ii. mal-kundizzjonijiet maghmula mill-MEPA;
iii. ma jsirx bini addizjonali jew ahjar ma jinhareg QATT permess ghall-bini addizjonali u
iv. jintrabat kuntratt notarili sabiex nissalvagwardjaw l-interess tal-Qalin kollha u ta’ dawk li jzuru l-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien
10. Holqien ta’ xoghlijiet:
Il-PDS jindika li waqt li jkun qed isir il-progett ser jinholqu madwar 200 impjieg filwaqt li meta jitlesta ser johloq madwar 400 impjieg. Ghal dan il-ghan u dejjem jekk ser jinhargu l-permessi necessarji sabiex dan l-izvilupp isir, il-Kunsill Lokali Qala qed jesigi li l-ewwel preferenza ghal dawn l-impjiegi ghandha tinghata lill-kuntratturi u r-residenti Qalin zghazagh u adulti. B’hekk b’dan il-mod l-izviluppaturi ikunu qed ipattu ftit ghall-problemi li r-residenti Qalin ser ihabtu wicchom maghhom kemm qabel, waqt u wara li jitlesta dan li-progett. Ghal dan il-ghan u sabiex dak li qed jigi spjegat isehh, il-Kunsill irid ikun involut b’mod dirett dwar l-impjiegi u kif jigu maghzula u mqabbda.
11. Monitoring Unit:
Il-Kunsill Lokali Qala jesigi li jitwaqqaf monitoring team maghmul minn Perit u Project Manager/Consultant mqabbda mill-Kunsill Lokali stess sabiex jimmonitorjaw l-izvilupp mill-bidu sat-tmiem ta’ dan il-progett propost. Dan il-Monitoring Team irid ikun iffinanzjat mill-izviluppaturi taht il-kontrall tal-Kunsill Lokali
12. Planning Gain:
Finalment il-Kunsill Lokali Qala qed jitlob li jekk jinhargu xi permessi dwar il-progett Qala Creek, trid tinghata somma ta’ flus fi planning gain sabiex tissarraf fi progett li l-Kunsill Lokali qed jippjana li jizviluppa fil-futur qarib. Progett ta’ Leisure park/sports complex bin-numru ta’ l-applikazzjoni PA01303/05 sabiex jigi finanzjat kollu jew parti minnu mill-planning gain mhalsa. Nahseb li l-Qalin kollha haqqhom li jigwadanjaw minn somma ta’ flus fi planning gain mhallsa mill-izviluppaturi sabiex l-area ta’ 12 -il tomna raba tigi trasformata f’picnic area/sports complex. B’hekk almenu jkunu hadu xi haga lura mill-inkonvenjent kbir li ser jghaddu minnu r-residenti matul ix-xhur u s-snin sakemm il-progett jitlesta. Inhossu li din hi xi haga zghira ghall-izviluppatur meta tqis il-kobor u d-dimensjoni tal-propost progett Qala Creek u l-flus li lesti li jonfqu sabiex ilestu dejjem jekk johrog il-permess, dan il-progett.
Konkluzjoni:
Il-Kunsill Lokali qed jibghat dawn is-sottomissjonijiet sabiex jiddahhlu fit-terms of reference ta’ l-EIA. Jekk l-izviluppatur ma jridx konfrontazzjoni imma djalogu, jekk kif stqarr l-izviluppatur irid ukoll il-gid tar-residenti Qalin ghandu jikkunsidra dawn is-sottomissjonijiet u rakkomandazzjonijiet u fejn il-Kunsill Lokali qed juri preokkupazzjoni u baqaghlu certi riservi johrog b’soluzzjonijiet sabiex l-interess tal-Qala u l-Qalin ikun salvagwardjat.
Barra minhekk wara li jitlesta l-EIA l-Kunsill Lokali Qala ser janalizza r-rapport u wara ilaqqa lir-residenti Qalin sabiex jinfurmahom b’kemm dak li ahna bhala Kunsill Lokali ssottomettejna qabel l-EIA kif ukoll kif fl-EIA dan giex ikkunsidrat jew le.
Wara l-Kunsill Lokali jerga jressaq il-posizzjoni tieghu u tal-Qalin quddiem il-MEPA fuq il-propost progett Qala Creek.
Fl-ahharnett il-Kunsill Lokali dejjem lest u dispost li jiltaqa ma’ l-ufficjali tal-MEPA sabiex dan il-progett jigi diskuss f’aktar dettal u b’hekk flimkien inkunu nharsu l-interessi tal-Qala, l-Qalin u l-poplu Malti u Ghawdxi li jhobb u jzur il-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien u fl-istess hin ghandu ghal qalbu l-ambjent li mdawrin bih.
Dejjem tieghek,
Paul Buttigieg
Sindku Qala